Is-CSN b’sejħa għar-riżenja ta’ Chris Cardona

Luke Zerafa

In-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili (CSN) sejjaħ għar-riżenja ta’ Chris Cardona mill-pożizzjoni tiegħu bħala Kap Deputat tal-Partit Laburista.

Fi stqarrija s-CSN qal li dan wara li ħareġ fil-Qorti li Chris Cardona jinsab taħt investigazzjoni mill-pulizija f’konnesjoni mal-qtil tal-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia.

“Flimkien ma’ Cardona, l-ex-Deputat Kummissarju Silvio Valletta u l-ex chief of staff Keith Schembri huma wkoll implikati,” qal is-CSN.

Wara li żvela l-pakkett ekonomiku fid-dawl tal-pandemija, il-PM Robert Abela ġie mistoqsi dwar Chris Cardona mill-ġurnalisti. Abela qal li ċert li Cardona se jagħmel l-aħjar għażla għall-ġid tal-partit.