Filmat: Is-CPD b’apparat ġdid mogħti mill-Enemalta u l-Enemed

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=f2vT5tmcoy4]

L-Enemalta u l-Enemed taw donazzjoni lill-Membri tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) imsarrfa f’apparat speċjalizzat ġdid sabiex joperaw fit-tul f’mini taħt l-art u spazji ristretti.
L-apparat jiswa b’kollox €60,000, u tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali, Michael Farrugia, u l-Ministru għall-Enerġija, Joe Mizzi.
Il-long duration apparatus inħass il-ħtieġa tiegħu wara li nirien kienu ħakmu cable fil-mina tal-Kappara u kien hemm bżonn operazzjoni li ttul mhux ħażin. B’dan l-apparat issa ħaddiem jista’ jdum aktar minn sagħtejn jaħdem.
Barra minn hekk, 5 ħaddiema ngħataw taħriġ f’Milan.
Filwaqt li rrinngrazzja lill-Enemalta u ’l-Enemed, il-Ministru Farrugia ħabbar li lejn l-aħħar tas-sena għandhom jaslu Malta żewġ vetturi oħra industrijali b’valur ta’ €850,000 u li huma mgħammra bl-aħħar teknoloġija u apparat apposta għal żoni industrijali kbar.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru Mizzi qal li l-Enemalta tagħmel użu minn iktar minn 30 kilometru ta’ mini taħt l-art li fihom mijiet ta’ kilometri ta’ cables b’vultaġġ għoli.
Ritratti: DOI – Omar Camilleri
Filmat: Enemalta