Is-CMTU trid tiddiskuti t-tariffi tal-enerġija

Il-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin is-CMTU qalet li qed tappoġġja s-sejħa biex jitlaqqa’ l-MCESD bil-għan li jiġu diskussi t-tariffi tal-enerġija.
Is-CMTU qalet li kemm il-Gvern kif ukoll l-imsieħba soċjali għandhom l-obbligu li jassiguraw li kull min iħallas it-taxxa ma jiġix mgħobbi b’piżijiet żejda.
Qalet li dan partikolarment meta huwa mistenni aktar traħħis fil-prezzijiet taż-żejt fix-xhur li ġejjin.
Appellat lill-Gvern sabiex ikun aktar trasparenti meta jaħdem il-formola li permezz tagħha jistabilixxi t-tariffi tal-enerġija.