Is-CMTU imħassba dwar l-iskandlu tal-Panama

Il-Konfederazzjoni tat-Trejd Unjins Maltin fi stqarrija qalet li tinsab imħassba dwar l-iżviluppi riċenti marbuta mal-iskandlu tal-Panama Papers.
Is-CMTU qalet li dawn l-aħħar żviluppi, qed iżommu lill-Gvern milli jieħu deċiżjonijiet malajr waqt li qalet li dan qed iwassal għal rabja fost il-poplu.
Waqt li ħeġġet lill-Gvern biex ma jdumx ma jaġixxi dwar dan, is-CMTU qalet li taqbel mal-UĦM u l-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem li dan l-iskandlu jista' jkollu riperkussjonijiet serji fuq is-servizzi finanzjarji u l-impjiegi f'dan is-settur.