Is-CID jarrestaw raġel li kien qed jistaħba fl-għelieqi

Raġel ta’ 40 sena minn Ħal Qormi li kien qed jistaħba fl-għelieqi mill-pulizija ġie arrestat wara li pprova jisraq minn appartament.
Is-serqa kienet se ssir minn appartament li jinsab fi Triq Ġuże Duca f’Ħal Qormi. 
Malli r-residenti tal-blokka indunaw bl-attentat ta’ serqa, ċemplu minnufih lill-pulizija iżda r-raġel laħaq ħarab fl-għelieqi fl-akwati tal-Ħandaq. 
Membri tas-CID qabduh għall-ħabta tas-sagħtejn tal-bieraħ waranofsinhar.