Is-60 logħba internazzjonali tal-volleyball għal referee Malti

Il-Konfederazzjoni Ewropeja tal-Volleyball (CEV) innominat lil Frankie Tanti bħala wieħed miż-żewġ referees internazzjonali għal-logħba mis-CEV Challenge Cup tan-nisa bejn SVS Post Schwechat u OK Porec tal-Kroazja, li se tintlagħab f'Amstetten, l-Awstrija il-ġimgħa li ġejja.  
Din se tkun is-60 logħba internazzjonali għal Tanti, li għal din il-logħba se jkun mgħejjun mit-tieni referee Martin Yanakiev mill-Bulgarija.
It-tim ta’ Schwechat bħalissa qed jokkupa l-ewwel post fil-klassifika tal-kampjonat Awstrijak tal-volleyball tan-nisa b’10 punti minn 4 logħbiet, filwaqt li OK Porec jinsabu fit-tieni post tal-kampjonat Kroat.
Ritratt: msphotography