Is-6 miljun passiġġier jasal Malta llum

Hekk kif illum l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA) laqa’ s-6 miljun passiġġier tiegħu, intlaħaq l-ogħla rekord tat-traffiku tal-ajru s’issa.
Fi stqarrija, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li bejn l-2016 u l-2017 ġiet irappurtata żieda ta’ 17%, fejn daħlu miljun turist iktar mis-sena l-oħra.
Is-6 miljun passiġġiera ngħatat tifkira żgħira ta’ Malta biex timmarka din l-okkażjoni.
Manuela Fastner waslet Malta llum fuq it-titjira KM353 minn Düsseldorf.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport, Alan Borg qal kif dan huwa suċċess kbir speċjalment minħabba li fl-istess waqt kien hemm ammont ta’ proġetti ta’ rinnovar madwar l-ajruport. L-investimenti fir-rinnovar jammontaw għal €12-il miljun.
Dwar dan, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li l-Gvern jirrikonoxxi l-irwol importanti ta’ relazzjonijiet sostenibbli mal-linji tal-ajru sabiex jiżdiedu n-numru ta’ rotot diretti u jkun hemm riżultati pożittivi f’Malta bħala destinazzjoni. 

https://platform.twitter.com/widgets.js