Int nemmies, profeta jew fidil?

Il-Maltin huma fost l-aktar nies fl-Ewropa li jużaw il-Facebook. Jiktbu fuq kollox u dwar kollox. Itellgħu kull tip ta' ritratt. Jixxerjaw kull għamla ta' storja. Jagħmlu like anke ma' affarijiet li ma jkunx raw sew. Ħafna għandhom lista ta' ħbieb li ma tispiċċa qatt.
Ħafna tant jużaw Facebook li wieħed  jista' jgħid li Log out illum-il ġurnata saret l-iktar buttuna diffiċli li wieħed jista' jagħfas.
Fuq Facebook ngħidu ħafna affarijiet iżda dak li niktbu jew ngħidu fuq Facebook jgħid ħafna affarijiet fuqna.
Studju li sar iqassam f'16-il kategorija lil dawk li jużaw Facebook; u t-tqassim isir skont x'jiktbu jew jagħmlu fuq Facebook.
  1. In-Nemmies – Dak li qatt ma jtella’ post jew jikkumenta, imma jaqra kollox u jsegwi kull post fis-Salott u kapaċi saħansitra jirreferi għal xi status li tkun ktibt meta jarak barra.
  2. Il-Fidil – Dak li qatt ma jgħid xejn imma għal kull post li togħġbu jikteb LOL jew LMAO.
  3. Il-Famuż – Dak li għandu 4367 ħabib fuq il-profil tiegħu għal xejn b’xejn.
  4. Il-LagħbiDak li jilgħab ‘Candy Crush’ u ‘Criminal Case’ ġurnata sħieħa u jqażżek jibgħatlek requests biex tibgħatlu xi energy pack.
  5. Il-Profeta – Dak li kull post f’kull post li jtella’ jrid bilfors jagħmel referenza reliġjuża.
  6. IlĦalliel – Dak li jisraq l-istatus updates…u probabli se jisraq anke dan.
  7. Il-Pessimist – Dak li jobgħod il-ħajja u kull ħaġa assoċjata magħha u li ma jiddejjaqx juri dan f’kull post monotona u negattiva li jikteb.
  8. Il-Kollettur – Dak li qatt ma jtella’ post lanqas, imma jidħol membru ta’ kull grupp ta’ RUBS u Min Ipartat u Min Ibiegħ jew Recycle Malta.
  9. Il-Promotur – Dak li jistiednek għal kull tip ta' attività jew party li jkun involut fih li dejjem tispiċċa tħassar jew tinjora.
  10. Is-Sapporter – Dak li qatt ma jikkumenta jew jikteb imma dejjem jagħfas like għal kull status li tikteb.
  11. L-Antipatku – Dak li dejjem jikteb posts dwar kemm in-nies jobgħoduh u jaħlef li n-nies qed jipruvaw jirrovinawlu ħajtu…u jkompli jagħmel dan bl-istatuses li jtella.
  12. Il-Lingwist – Dak li kieku juża Spellcheck jgħinek biex taqra naqra aħjar li jkun kiteb u li kultant ma tkunx taf jekk ikunx qed jikteb bl-għaġġla jew vera ma jafx jispelli.
  13. Id-Drama Queen/King – Dik il-persuna li dejjem ittella’ xi status tgħid “Ma nistax nemmen x’qed jiġri” jew “Feeling Sad” biex in-nies jistaqsuha x’ġara…u apparentament qatt ma jispiċċaw l-istorja.
  14. Il-Vojt – Dak li dejjem jipprova jdaħħaq…imma qatt ma jirnexxielu.
  15. Il-Ġurnalist – Dak li dejjem jaġġorna lil sħabu fuq dak li jkun qed jagħmel u ma min qed jagħmilha mingħajr tidwir mal-lewża.
  16. Is-Serduq – Dak li jħoss li hu dmiru biex kull filgħodu jgħid ‘Bonġu’ lil Facebook.

Kun onest, liem wieħed inti?