Irwejjaħ f’Raħal Ġdid; il-Kunsill jilmenta

Luke Zerafa

Fix-xhur li għaddew ir-residenti ta’ Raħal Ġdid kienu qed jesperejnzaw riħa qawwija u mill-investigazzjonijiet li saru mill-ERA, wara rapport tal-Kunsill Lokali, f’Marzu li għadda ġie kkonfermat li l-irwejjaħ kienu ġejjin mill-inċineratur tal-Marsa. Il-Kunsill kien infurmat li kienu saru t-tiswijiet meħtieġa fuq l-apparat u għalhekk din il-kwistjoni kienet ġiet solvuta.

Fi stqarrija l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid qal li fl-aħħar jiem reġgħu tfaċċaw dawn l-irwejjaħ u l-Kunsill Lokali se jkun qed jagħmel l-pressjoni meħtieġa mal-awtoritajiet regolatorji tas-settur biex tissolva din il-problema.

Il-Kunsill qal li ilhu għal bosta xhur jilmenta dwar dawn l-irwejjaħ insapportabbli u jinsab imħasseb dwar l-impatt li jista’ jkollu fuq is-saħħa tar-residenti.

Il-Kunsill Lokali qal li qed jittama li din il-kwistjoni tkun solvuta b’mod permanentu u l-awtoritajiet konċernati jieħdu l-passi meħtieġa.