Irvellijiet Ħal Safi: Ħabs u multa għal 22 immigrant

Beppe Galea

Read in English.

22 immigrant ġew ikkundannati disa’ xhur ħabs u multa ta’ €800 kull wieħed wara li nstabu ħatja bl-akkużi li qalgħu l-inkwiet fis-6 ta’ Jannar li għadda f’Ħal Safi.

Dawn l-immigranti ġew arrestati għall-ħabta tas-7.30pm wara li l-pulizija waslu fuq il-post fejn kien hemm xi persuni fil-barracks b’wiċċhom mgħammad li kienu qed ikissru u jinjoraw l-ordnijiet tal-uffiċjali tad-detenzjoni.

Fi stqarrija l-pulizija qalet li l-immigranti bdew jaqilgħu l-knaten minn mal-bini u jwaddbu biċċiet minnhom lejn l-uffiċjali.