Irtirati tickets tal-ispeed camera tas-Siġġiewi

Qed jiġu irtirati speed tickets li persuni qalgħu mill-ispeed camera tas-Siġġiewi u li ma kinux qabżu l-perċentaġġ ta’ 10% ta’ tolleranza.
Fuq Facebook, persuna ppubblikat ritratt ta’ ittra li rċiviet mingħand LESA, fejn ġiet infurmata li taħrika li kienet irċeviet, ġiet irtirata.
Dan wara li nhar it-Tlieta li għadda, ġie introdott mekkaniżmu ta’ tolleranza ta’ 10% fuq din l-ispeed camera.
Fi stqarijia LESA kienet qalet li din id-deċizjoni ttieħdet wara laqgħa ta’ konsultazzjoni li sejħet l-Aġenzija dwar l-Infurzar Lokali  stess mas-Sindku tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.
Fuq il-midja soċjali, ħafna kienu dawk li kkritikaw in-nuqqas ta’ 10% tolleranza f’din l-ispeed camera, li wassal biex anke individwi li kienu qed isuqu biss b’1km iktar milli suppost, jaqilgħu ticket.