Irtirati pilloli tal-pressjoni mis-suq

Il-pilloli tal-pressjoni Valsartan Mylan ġew irtirati mis-suq wara li l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ħarġet rakkomandazzjonijiet aġġornati dwar din il-mediċina.

Fi stqarrija, l-uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru qal li din it-tip ta’ pillola Valsartan għandha tiġi sostitwita fl-ispiżeriji minn tip ieħor ta’ Valsartan. Madankollu, il-pazjenti huma mwissija biex ma jwaqqfux il-mediċini tal-pressjoni tagħhom mingħajr ma jikkonsultaw mat-tabib.

L-awtoritajiet tas-saħħa Maltin għandhom isegwu u l-każ u jinfurmaw lill-Maltin bi kwalunkwe żvilupp.