​Irtirati mis-suq miljuni ta’ washing machines

Il-kumpanija Samsung ġiet imġiegħla tirtira mis-suq 2.8 miljun washing machine fl-Istati Uniti.
Samsung qalet li hemm 34 mudell li jistgħu jkunu difettużi. Dawn ħarġu bejn Marzu 2011 u dan ix-xahar.
Kien hemm disa’ każi fejn indarbu xi persuni fosthom każ li fih inqalgħu l-bibien ta’ magna tal-ħasil u kissru x-xedaq ta’ persuna.
S’issa Samsung irċeviet 733 ilment ta’ vibrazzjoni eċċessiva jew jinqalgħu l-bibien.