Aġġornata: Irtirati mis-suq kontenituri tal-ilma tal-EcoPure

EcoPure Limited qed tavża li se tiġbor il-kontenituri tal-ilma li jintużaw għad-dispensers.
Spjegat li minħabba problema teknika fl-impjant li fih jimtlew il-kontenituri, ġie affettwat l-ilma f’uħud mill-kontenituri.
Il-kumpanija bdiet tiġbor il-kontenituri tat-18.9 litri u tal-10 litri, li huma parti mill-istokk sa numru 188.
Fl-istess ħin assigurat lill-klijenti li qed taħdem biex issolvi l-problema fl-iqsar żmien.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 80074422 jew 23814411 bejn it-8am u s-7pm. 
Aktar tard, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali avżali qed jinvestiga l-każ. 
Spjegat li sadanittant il-produzzjoni tal-ilma ġiet sospiża sakemm jiġu konklużi l-investigazzjonijiet.