Irtirati l-avviżi dwar is-Salmonella fil-bajd f’żewġ irziezet

L-awtoritajiet tas-saħħa f’Malta irtiraw l-avviżi dwar is-Salmonella fil-bajd f’żewġ irziezet f’Malta u f’Għawdex.

F’Lulju li għadda, l-istess awtoritajiet kienu avżaw biex il-konsumaturi Maltin ma jikkunsmawx bajd li ġej minn St Joseph Farm-M. Xerri.

Filwaqt li f’Awwissu li għadda ħarġu avviż simili dwar bajd li ġej minn razzett Għawdxi li jinsab fi Triq Santa Domenika fir-Rabat Għawdex bil-liċenzja PLG 016.

Fi stqarrija llum, l-awtoritajiet qalu li ż-żewġ irziezet issa huma konformi mal-leġislazzjoni dwar is-Salmonella.