Irtirati d-direttivi għall-cabin crew tal-Air Malta

M’għadhomx fis-seħħ id-direttivi li kienu qed isegwu l-cabin crew tal-Air Malta wara nuqqas ta’ ftehim dwar il-leave tal-istess cabin crew.
Wara sigħat sħaħ ta’ negozjati bejn il-linja tal-ajru nazzjonali u l-unjin tal-cabin crew jidher li ntlaħaq ftehim.
Dan wara li lbieraħ, il-cabin crew tal-Air Malta rċevew struzzjonijiet mill-unjin tagħhom biex ma jidħlux għax-xogħol fil-ġranet off.
Il-unjin kienet qalet li l-ħaddiema bidlu r-roster tagħhom ħafna drabi biex ikunu flessibli, iżda għadd ta’ ħaddiema spiċċaw ħadmu iktar mit-12-il xahar limitu li għandhom fil-kuntratt.