Irtirata l-applikazzjoni tad-dar tal-anzjani ODZ

Facebook: Save L-Għadir ODZ

Read in English.

Ġiet irtirata l-applikazzjoni għall-bini ta’ dar tal-anzjani f’art barra miż-żona tal-iżvilupp (ODZ) fiż-Żurrieq.

Fuq Facebook il-paġna Save l-Għadir ODZ ħabbret li l-Perit tal-applikant irtira l-applikazzjoni.

Il-paġna qalet li dan sar possibbli grazzi għar-residenti, għall-Kunsilli Lokali, u għall-NGOs.

“Grazzi kbira tmur lill-Moviment Graffitti li tassew huma l-eroj tagħna ir-residenti,” qalet il-paġna li temmet tgħid “nibqgħu għassa, ejja nkomplu nħarsu l-Għadir u ż-żoni rurali tagħna!”

🔴IL-BATTALJA NTREBĦET — THE BATTLE IS WONIl-Perit tal-applikant irtira l-applikazzjoni.Dan huwa biss il-bidu, iżda…

Posted by Save L-Għadir ODZ on Friday, May 15, 2020

Fuq Facebook l-għaqda Moviment Graffitti kkonfermat l-aħbar.

🍾 REBĦA 🍾Għadna kemm ġejna infurmati li l-applikazzjoni għal dar tal-anzjani privata f’ODZ fiż-żona ta’ L-Għadir,…

Posted by Moviment Graffitti on Friday, May 15, 2020

Djar tal-anzjani fl-ODZ

Fl-2016 għadd ta’ residenti min-Naxxar, flimkien mal-Għaqdiet Ambjentali Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA), l-Assoċjazzjni Ramblers u l-Front Ħarsien ODZ u l-Kunsilli Lokali tan-Naxxar u l-Għargħur inġabru flimkien biex jitkellmu kontra l-bini ta’ djar tal-anzjani fuq art ODZ bejn in-Naxxar u l-Għargħur.

Fl-2017 Front Ħarsien ODZ kienu qed joġġezzjona l-iżvilupp ta’ dar tal-anzjani fil-Birgu fuq art ODZ, liema art tħares lejn il-Wied tal-Ħawli.