Irtirata l-applikazzjoni għal demmiela fil-Munxar

Munxar
Facebook - Damien Spiteri

Il-Kunsill Lokali tal-Munxar fi stqarrija qalet li l-applikazzjoni għal demmiela fi Triq Żgħawri ġiet irtirata wara li sar appell mill-Kunsill Lokali.

Il-Kunsill Lokali qal li dan il-każ huwa magħluq u jinsab kburi li mexxa argumenti b’saħħithom sabiex irnexxielu jissalvagwardja l-interess tal-Munxar u tar-residenti.

Il-Kunsill Lokali rringrazzja lill-professjonisti li tqabbdu u għenu f’din il-kawża kif ukoll lir-residenti tal-Munxar li ħadmu mal-kunsill lokali.

Il-Kunsill Lokali tal-Munxar qal li se jibqa’ viġilanti għal kull żvilupp jew applikazzjonjiet simili sabiex jibqa’ jissalvagwardja l-interss tal-lokalità u tar-residenti.