Irtirat prodott mis-suq

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża lill-pubbliku biex tip partikolari ta’ inċova ma tiġix ikkunsmata.
Dan minħabba l-preżenza elevata ta’ ħistamina li nstabet fil-prodott.
Id-Direttorat qal li l-kumpanija li timporta l-inċova Deep Blue minn Spanja, ġiet obbligata tirtira l-prodott mis-suq.
Il-prodott jinbiegħ f’landa tawwalija, jiżen 48 gramma u għandu stabbilita d-data ta’ April 2015 bħala d-data sa meta l-aħjar li jiġi kkunsmat.