Irtirat prodott li fih ingredjenti mhux awtorizzati fis-supplimenti tal-ikel

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed javża li wara informazzjoni li rċieva rriżulta li l-prodott Noxpump pre-training formula DY Fruit Punch tad-ditta Dorian Yates, fih il-methylsynephrine u phenethylamine li huma ingredjenti mhux awtorizzati f’supplementi tal-ikel.
Id-Direttorat sostna li l-kumpanija involuta ġiet obbligata tirtira l-prodott mis-suq, iżda peress li probabbilment il-prodott laħaq wasal għand il-konsumatur, id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.
Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 21337333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku  jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tad-Direttorat, li jinsab fil-Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.
Il-pubbliku mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/public_health/environmental-health/department_for_env_health.aspx għal informazzjoni simili.