Irtirar mis-suq tal-Ful u Qaqoċċ tal-friża ta’ Mill-Kċina taz-Zija bħala prekawzjoni

Read in English.

Wara li riċentament sar ittestjar fuq il-Ful tal-marka Mill-Kċina taz-Zija 450g (Batch No. CA26419 bid-data ta’ skadenza tkun l-aħħar ta’ Settembru 2021) fejn irriżulta li kien hemm livell ta’ Benzalkonium chloride li huwa iktar għoli minn dak li tippermetti l-UE, Alf. Mizzi & Sons Marketing Ltd., id-distributur ta’ dan il-prodott, iddeċieda illi jirtira mis-suq il-prodotti tal-friża kollha li huma mmanifatturati fl-istess impjant Eġizzjan.

Dawn huma :

Alf. Mizzi & Sons Marketing Ltd. jixtieq jiċċara xi stqarrijiet skorretti li deheru fuq il-media lokali, fejn intqal li dawn il-prodotti huma Maltin. Dawn il-ħames prodotti li ġejjin mill-Eġittu (kif hemm miktub fuq kull pakkett) huma ppakkjati għas-sid Malti tal-marka. Il-prodotti l-oħra kollha ta’ Mill-Kċina taz-Zija m’huma affetwati bl-ebda mod.

Il-konsumaturi li għandhom fil-pussess tagħhom xi prodott minn dawn imsemmija hawn fuq, għandhom jirritornawhom fil-ħanut minn fejn inxtraw sabiex jingħataw il-flus lura.

Jekk għandek xi mistoqsija tista’ ċċempel fuq jew fuq 25540000 jew permezz ta’ email: info@amsm.com.mt.

Alf. Mizzi & Sons Marketing Ltd. jixtieq jizkuża ruħu għall-inkonvenjent ikkawżat u jaċċerta lill-konsumaturi illi ttieħdet kull azzjoni sabiex tiżgura illi kull prodott tal-ikel li joħroġ fis-suq ikun sikur.