“…Irriżenjaw” – Strixxun tad-drapp mad-Dar Ċentrali tal-PN

Read in English.

Matul il-lejl li għadda twaħħal strixxun tad-drapp mal-kolonni tal-faċċata tad-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista bil-kliem “Irridu futur, Irriżenjaw”.

F’messaġġ li ntbagħat lil Newsbook.com.mt minn grupp li jsejjaħ lilu nnifsu “Trapass” ntqal li dan l-istrixxun twaħħal minħabba li “l-klikka ta’ Delia waslitna għal riżultat elettorali diżastruż” filwaqt li sostnew li “ż-żejjed kollu żejjed”. Saħqu li għall-ġid tal-partit u ta’ Malta hemm bżonn ir-riżenji biex ikun hemm kap ġdid.

Ilbieraħ filgħaxija, s-Segretarju tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli ċempel lill-kandidati li kkontestaw mingħajr suċċess l-elezzjoni ġenerali li għaddi fuq it-13-il distrett biex jikkontestaw elezzjoni interna li mistennija ssir waqt laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv.

Fuq Facebook, Dr Joseph Ellis ippubblika ittra li bagħat lil Puli. Fiha kiteb li kien Puli stess li ċempillu biex jitolbu “jiddikjara l-interess tiegħu fis-siġġu vakat minn David Stellini”. Ellis qal li l-aktar għażla naturali għas-siġġu huwa Kevin Cutajar.

AQRA: Siġġu Stellini: Puli jgħid li ċempel lil kulħadd biex jipprepara għas-Sibt