Irritorna ktieb lil-librerija 60 sena tard

Ritratt: Ritratt: Cambridge University Library

Il-ktieb tal-librerija Cultures and Societies of Africa ttieħed lura fl-Università ta’ Cambridge 60 sena tard.

L-awtoritajiet tal-librerija fl-Ingilterra meta saru jafu li l-ktieb misluf wasal lura ma ġegħlux lil min kien isellfu l-piena bir-rata ta’ £1.50 kull ġimgħa ta’ dak iż-żmien għax kieku l-piena titla’ għal £4,700 fi flus tal-lum.

Il-ktieb ittieħed lura mill-istudent li kien isellfu nhar l-Erbgħa li għadda u fi tweet il-librerija qalet “aħjar li l-ktieb wasal tard milli qatt. Naħsbu li l-ktieb hu vera interessanti u ma riedx jitilqu minn idejh … inkella jdum biex jaqra!”

Kelliem għall-università qal li ma jafx jekk min issellef il-ktieb żammux għandu bi żball inkella apposta. Sa ma l-ktieb wasal lura kien għadu mmarkar bħala ‘nieqes’ fis-sistema tal-librerija. Issa li Cultures and Societies of Africa ttieħed lura se jerġa’ jitpoġġa fuq l-ixkafef tal-librerija.