“Irrispettaw lill-Italja” – Juncker

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker illum qal li l-Italja hija pilastru tal-Unjoni Ewropea (UE) u li l-pajjiż jistħoqqlu r-rispett.
Waqt konferenza dwar l-ekonomija fi Brussell, Juncker qal li “l-Italja tal-bieraħ u dik tal-lum għandha tiġi rispettata u fdata”. Żied jgħid li “post l-Italja huwa fil-qalba tal-Ewropa”.
Dawn il-kummenti saru wara diżgwid bejn il-Gvern ġdid tal-Italja li huwa kontra l-establishment u l-Kummissarji tal-UE.
Ritratt: Reuters