Irrifjutati 3,000 talba għall-ażil fl-aħħar 7 snin

Wasla Immigranti l-Isla
Sarah Cassar Dymond

Fl-aħħar seba’ snin ġew irrifjutati kważi 3,000 talba għall-protezzjoni internazzjonali. Dan it-tagħrif ingħata mill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri fuq mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

Minn dawn l-2,977 talba, kien hemm kważi nofshom, jiġifieri 1,255, li kienu inammissibbli għax l-immigrant kien diġà ngħata protezzjoni internazzjonali minn stat membru ieħor tal-Unjoni Ewropea.

Mill-2013 kien hemm 273 immigrant li waslu bil-baħar iżda ġew ripartrijati lura, waqt li 1,274 ġew rilokati lejn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.