“Irridu soluzzjoni permanenti dwar l-iskart industrijali” – MDA

Arkivji

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) qed timmira biex issib soluzzjoni permanenti għall-problema tar-rimi tal-iskart industrijali, mill-industrija tal-kostruzzjoni.

Il-bżonn inħass meta sar avviż biex dawk kollha li għandhom barriera, jiftħuha temporanjament biex jintrema l-iskart industrijali fihom.

Il-qbil bejn l-Assoċjazzjoni u s-sidien tal-barrieri sar biex jillimita l-ispejjeż li diġà jeżistu. Dan il-ftehim kellu l-għan li jnaqqas l-ispejjeż tal-kostruzzjoni, li jkomplu jgħollu l-ispejjeż tal-bini.