Irridu pompi tal-fuel għall-futur, mhux għall-preżent biss – PN

Il-Partit Nazzjonalista stqarr li l-poplu Malti jrid pompi tal-fuel għall-futur u mhux biss għall-preżent.

Fi stqarrija, il-kelliema tal-Partit Nazzjonalista, Kevin Cutajar, David Thake, Toni Bezzina u Edwin Vassallo, laqgħu b’sodisfazzjoni l-politika l-ġdida tal-Gvern dwar ir-rilokazzjoni tal-pompi tal-petrol, imma saħqu li:

  • Il-Gvern għandu jgħid jekk il-pompi tal-fuel humiex se jiċċaqalqu mill-ibliet u l-irħula u jagħti direzzjoni
  • Il-Gvern għandu jagħti dettalji dwar jekk hux se jkun hemm inċentivi biex is-sidien jagħmlu ċ-ċaqliqa.
  • Għandu jkun hemm inċentivi marbuta mal-investiment fuq forom nodfa ta’ enerġija, bħal fast chargers għall-vetturi tal-elettriku.

Waħda mill-10 bidliet prinċipali fil-Politika għall-Pompi tal-Fuel imħabbra mill-Gvern ftit tal-jiem ilu, hija li l-limitu massimu fuq l-ammont ta’ pompi tal-petrol f’Malta u Għawdex.