Irridu nxammru l-kmiem u naħdmu – Khedira

Ir-ritorn tal-Ġermaniż Sami Khedira huwa wieħed mill-ftit aħbarijiet pożittivi illi kellhom Juventus f’dan tmiem il-ġimgħa wara t-telfa xejn mistennija f’darhom kontra Lazio.
Khedira tkellem ma’ sportmediaset.it fejn ammetta illi diffiċli jniżżilha illi t-tim jinsab 5 punti bogħod mil-liders Napoli.
“Mhux faċli tammettiha imma rridu nxammru l-kmiem u naħdmu iktar. Veru li l-kampjonat huwa twil u kollox għad jista’ jiġri. Li hu żgur illi aħna ser inkunu hemm sal-aħħar.”
Tkellem ukoll dwar il-logħba li Juventus għandhom f’darhom kontra SportingLisbon fejn laqqam din il-partita bħala fundamentali għax-xorti tagħhom f’din il-kompetizzjoni.