“Diskors li jifxel moħħ iż-żgħażagħ dwar id-droga”

OASI

Read in English.

F’isem il-Bord tad-Diretturi tal-OASI, Joseph Borg qal li “diskors dwar l-użu rikreattiv tad-drogi qed jifxel moħħ iż-żgħażagħ u jiddiżorjentahom, u b’hekk iħallihom aktar suxxettibbli għad-dipendenza”.

Fi stqarrija, il-Fondazzjoni OASI qalet li fid-dinja l-problemi relatati mal-vizzji qed isiru aktar frekwenti u kumplessi.

“Irridu nkomplu niddiskutu d-droga” – Justyne Caruana

Il-Ministru għall-Għawdex Justyne Caruana fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali Kontra d-Droga qalet li huwa fatt pożittiv li f’Malta hawn dibattitu ħaj u miftuħ dwar id-droga.

Il-Ministeru għal Għawdex u l-Fondazzjoni Oasi organizzaw ġurnata ta’ attivitajiet biex iqajjmu kuxjenza dwar is-suġġett. Fost dawn kien hemm it-tisbiħ tar-roundabout ewlenija f’Għawdex bil-kliem be drug free.

MGOZ

Caruana rringrazzjat lil Dun Manwel Cordina li huwa l-fundatur tal-Fondazzjoni Oasi li f’din l-okkażjoni kien qed ikun ċelebrat ukoll is-27 sena mit-twaqqif tal-Fondazzjoni. Hija ferħet ukoll lil Noel Scerri bil-ħatra tiegħu bħala Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni.

Lucy Stevenson, Jofy Mainzer, u Margaret McMullan ingħataw il-premju Ġieħ l-OASI għad-dedikazzjoni tagħhom.