Irridu nitgħallmu mill-iżbalji tagħna – Guardiola

Ir-riżultat ta’ 4-3 illi sofrew Manchester City għas-spejjeż ta’ Liverpool temmitilhom is-sensiela ta’ 22 logħba mingħajr telfa. Din il-logħba kienet analizzata mill-kowċ tagħhom Pep Guardiola meta tkellem ma’ Sky Sports eżatt wara l-partita.
Huwa sostna illi f’10 minuti filli kienu 1-1 filli qalgħu tliet gowls. Dan kien diżappunt kbir għalih hekk kif kien hemm diversi żbalji difensivi.
Il-manager Spanjol jemmen illi l-plejers tiegħu ser jitgħallmu mill-iżbalji u ser iqumu fuq tagħhom għall-impenn illi jmisshom fil-kampjonat Ingliż kontra Newcastle.