“F’Malta m’hawnx lok għall-introduzzjoni tal-abort” – PN

Il-Partit Nazzjonalista (PN) saħaq li minkejja li jirrispetta l-opinjoni tal-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa Nils Muižnieks, li qiegħed jinsisti biex f’Malta jidħol xi forma ta’ abort, il-Gvern Malti m’għandux mandat elettorali biex jagħmel dan.
Il-PN insista li skont l-aħħar stħarriġ ippublikat mill-MaltaToday, 97% tal-Maltin huma kontra l-abort.
Fl-istqarrija, il-PN kompla jgħid li jemmen li t-tarbija fil-ġuf m’għandhix tkun oġġett li wieħed jiddisponi minnu kif ġie ġie, hekk kif tarbija fil-ġuf mhix kapaċi tiddefendi ruħha u għaldaqstant jgħidu li hemm obbligu li jiġu protetti d-drittijiet tagħha. 
Il-PN saħaq li l-Gvern għandu jiffoka biex is-soċjetà tkun tirrispetta u tippromwovi d-drittijiet tat-tarbija.