Irridu nirrevedu l-kunċett ta’ għajxien fl-urban – Aaron Farrugia

DOI: Jeremy Wonnacott

Il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia qal li r-reviżjoni tal-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp hija opportunità unika biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet u l-isfidi tal-ambjent u l-ippjanar f’Malta.

Waqt diskors li għamel waqt iċ-ċerimonja tal-Malta Architecture and Planning Awards li kienet ippjanata mill-Awtorità tal-Ippjanar, Farrugia qal li jeħtieġ li jiġu indirizzati l-isfidi fl-oqsma tal-ippjanar u l-ambjent. Hu saħaq li hemm bżonn li jkun revedut il-kunċett ta’ għajxien fl-urban biex dan ikun aktar f’armonija man-natura.

Huwa appella biex kemm il-politiċi kif ukoll il-periti jaħdmu biex jittejbu ż-żoni urbani.

Farrugia qal li jemmen li tista’ ssir qabża sinifikanti li tista’ tibdel mhux biss il-valur tad-disinn, l-arkitettura u l-industrija tal-bini, iżda wkoll fit-titjib tal-ħajja.