“Irridu nipproteġu tal-inqas biċċa mill-wirt naturali ta’ Malta” – PD

Il-Partit Demokratiku (PD) qed iħeġġeġ lill-pubbliku jingħaqad miegħu biex jipproteġi u jikkultiva biċċa mill-wirt naturali ta’ Malta, bħalma huma l-widien tal-Għexierem u l-Marg li jinsabu bejn l-Imtarfa u r-Rabat.

Iż-żewġ membri tal-PD, Godfrey Farrugia u Marlene Farrugia applikaw biex din il-parti, li hija fil-Pjan Lokali tal-Majjistral tiġi ddikjarata bħala dominju pubbliku.

Dan il-post, skont il-PD għandu art agrikola ta’ kwalità għolja ħafna u li fiha hemm ċimiterju ta’ żmien it-Torok b’valur arkeoloġiku kbir. Il-wied jifforma parti mill-akbar żoni tal-ġbir tal-ilma tax-xita f’Malta.