Irridu ninżlu b’mentalita’ differenti kontra Chelsea – Di Francesco

Waqt konferenza stampa illi saret lejliet il-logħba delikata taċ-Champions League kontra Chelsea, il-kowċ ta’ Roma Eusebio di Francesco tkellem dwar diversi temi importanti. Huwa qal illi l-Giallorossi iridu jersqu għal din il-partita b’mentalita’ differenti minn dik li niżlu fiha kontra Napoli, logħba li huma tilfu bl-iskor ta’ 1-0. 
Di Francesco żied jgħid illi l-avversarji tagħhom għadhom ġejjin minn telfa fil-kampjonat kontra l-aħħar tim tal-klassifika u ser ikunu b’rieda qawwija illi jerġgħu jieħdu t-tliet punti. 
Meta mistoqsi jekk il-futur tiegħu jinsabx imċajpar, il-kowċ ta’ Roma qal illi hu ġie fil-belt kapitali Taljana biex jgħin lit-tim itejjeb il-pożizzjoni tiegħu. Huwa veru illi l-kowċ dejjem jispiċċa jkun responsabbli wara telfa iżda bħalissa moħħu huwa fuq Chelsea u fuq kif jistgħu joħorġu b’xi punti minn din il-partita.