Irridu nikxfu x-xibka ta’ korruzzjoni – Repubblika

Ritratt: fb.com/JosephMuscat

Read in English.

L-għaqda Repubblika stiednet lill-Maltin kollha biex flimkien itennu l-impenn tagħhom lejn l-iżvilupp u tisħiħ tar-Repubblika ta’ Malta u il-valuri li hija mibnija fuqhom.

Huma qalu li jaqblu mal-President li “Malta hija ferm akbar minn din il-klikka li ġabet dan l-għajb fuq pajjiżna.”  Il-qawmien tas-soċjetà ċivili f’dawn l-aħħar jien huwa xhieda ta’ dan.

Għal Repubblika dan huwa biss il-bidu u għalhekk għamlu lista ta’ dak li jistennew:

  • L-ewwel pass huwa li Joseph Muscat jirreżenja immedjatament.
  • Il-pass ta’ wara huwa li jibda l-proċess biex tinkixef il-verità kollha dwar ix-xibka ta’ ħażen u korruzzjoni li intisġet u li rikbet lill-pajjiżna li qed tnawwar is-saltna tad-dritt, toħnoq l-iżvilupp ta’ ekonomija b’saħħitha u sostenibbli u teqred l-ambjent. 
  • Flimkien mal-għarfien tal-verità trid issir ġustizzja sħiħa fejn kulħadd irid jirrspondi ta’ għemilu jew għan-nuqqas tal-qadi ta’ dmirijietu.