​Irridu neħilsu minn dan il-mument diffiċli – Cahill

Qabel il-konfront kontra West Bromwich Albion li se jintlagħab għada filgħaxija, tkellem id-difensur u captain ta’ Chelsea Gary Cahill u s-suġġett waqa’ fuq il-mument ferm diffiċli illi qed ikollhom il-Blues.
“Għaddejjin minn perjodu xi ftit inċert bħalissa fejn ir-riżultati mhumiex jiġu,” beda biex qal Cahill.
“Minkejja kollox it-tim huwa maqgħud taħt il-gwida tal-kowċ Antonio Conte u l-iktar ħaġa li rridu hu li neħilsu minn dan il-mument xejn sabiħ.”
“Il-logħba t’għada tista’ sservi sabiex naqbdu r-ritmu li kellna sal-istaġun illi għadda issa li terġa’ tirritorna l-UEFA Champions League,” temm jgħid Cahill.