“Irridu l-libertà” – Protesta mill-immigranti f’Ħal Safi

Read in English.

Għall-ħabta ta’ nofsinhar, kien hemm protesta fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni ta’ Ħal Safi.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan ma’ Newsbook.com.mt. Huma bdew jgħajjtu li jridu l-libertà. Kellhom ukoll strixxuni bil-kelma “freedom” miktuba fuqhom.

Preżenti fuq il-post kien hemm membri tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ Pulizija.

Aqra: Aktar għajjat u storbju fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi

Din mhix l-ewwel protesta ta’ din it-tip. Ħamest ijiem ilu, kien hemm protesta li ġiet deskritta bħala “rewwixta” mill-Pulizija.

Aqra: Aktar minn 100 immigrant jipprotestaw f’Ħal Safi

L-ewwel każ tat-tip seħħ fit-3 ta’ Settembru. Fil-protesta ħadu sehem aktar minn 100 persuna, iżda n-numru eżatt ma kienx ġie kkonfermat.

Aqra: Ritratti: Għajjat, nar u storbju fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi

Imbagħad fid-9 ta’ Settembru għadd ta’ Pulizija ntalbu jassistu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi minħabba protesta. L-immigranti kienu qabbdu xi nar.