​“Irridu ċittadini attivi minn età żgħira” – il-President

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca qalet li f’demokrazija huwa importanti li jkun hawn ċittadini attivi sa minn età żgħira. 
F’messaġġ lill-istudenti li ħadu sehem f’inizjattiva tal-UNESCO għall-iskejjel, hija ħeġġithom jibqgħu jħaddnu x-xjenza, l-edukazzjoni u l-kultura bil-għan li titħares id-dinjità ta’ kull persuna. 
Saħqet dwar l-inklussività u futur sostenibbli għall-gżejjer Maltin, biex titwettaq l-Aġenda 2030 tal-Ġnus Magħquda u l-Miri għall-Iżvilupp Sostenibbli. 
Il-President Coleiro Preca qalet li hija konvinta li l-għalliema se jkomplu jgħinu lill-istudenti biex jiżviluppaw f’ċittadini attivi ħalli jkunu vuċi u attivisti tal-ugwaljanza, tal-ekwità u tal-inklużjoni.