“Irrid nokkupa ruħi fil-politika” – Serena Grandi

L-attriċi Taljana Serena Grandi ħabbret li issa lesta biex tibdel ħajjitha. Ir-reġina tal-kummiedji sexy tas-Snin 8 u 90 qed tipprova li tiġbed lejha lil Matteo Salvini bit-tama li jsejħilha biex iseħibha miegħu fil-partit politiku tiegħu, il-Lega.

Serena Grandi, li llum għandha 61 sena, għandha idea ċara għall-futur tagħha.

“Irrid nokkupa ruħi fil-politika,” stqarret. “L-aktar fejn tidħol dik soċjali biex inkun nista’ niddefendi l-interessa tan-nisa.”

Waqt intervista li tat f’dawn l-aħħar ġranet Serena Grande qalet li dejjem kellha l-ħolma li tingħaqad mal-partit politiku ta’ Salvini. Hi qalet li sfortunatament l-Italja m’għandha l-ebda flus għaċ-ċinema u t-teatru.

Hija qalet li “Jiena kburija ħafna bi Preludio, il-film qasir kontra l-qtil tan-nisa li ħadt sehem fih u li għandu lil Isabella Rossellini bħala l-protagonista. U barra minn hekk qed inħejji blog imsejjaħ ‘Żraben Ħomor’ biex flimkien nibdlu xi l-liġijiet li jittrattaw suġġetti bħall-isfastidjar u l-vjolenza fuq in-nisa.”

Dwar l-elezzjonijiet li ġejjin f’Emilia Romagna, bil-votazzjoni li se ssir fis-26 ta’ Jannar, Serena Grandi m’għandha l-ebda dubju kif se tispiċċa.

 “Nemmen f’Lucia Borgonzoni, nemmen fin-nisa. Fl-opinjoni tiegħi aħna se nagħmluha waqt li Stefano Bonaccini m’għandux ċans!”

Imwielda f’Bologna imma residenti f’Rimonini, l-attriċi trid li l-bidla f’ħajjitha ssir pass pass.

“Bl-amministrazzjoni attwali, l-affarijiet mhumiex sejrin tajjeb, hemm bżonn li jkun hemm tibdil. Issa Emilia. Imbagħad, forsi fi ftit xhur, miċ-ċinema nispiċċa fil-bini tal-politika Taljana.”