“Irrid nagħti kas għal dak li qed jgħidli ġismi” – Madonna

Madonan f'ritratt meħud waqt ir-Rebel Heart Tour

Il-kantanta ta’ 61 sena ħassret l-ewwel kunċert f’Londra li kellha tagħti għaad t-Tnejn 27 ta’ Jannar. Dan minħabba fi problemi f’saħħitha. Hi bħalissa għaddejja bit-tour imsemmi Madame X.

Il-kunċert ta’ Londra li hija ħassret mhux l-ewwel wieħed li l-kantanta ħassret f’dawn l-aħħar ġranet. Qabel ħassret bosta kunċerti li kellha atgħti f’Lsibona fil-Portugall.

Filwaqt li l-kantanta għamlet apoloġija lil dawk li kienu diġà xtraw il-biljetti, hija qalet li għandha problemi f’saħħitha.

“Irrid nagħti kas għas-sinjali li qed jgħaddili ġismi,” qalet hi hekk kif ma speċifikatx x’inhuma l-problemi li għandha f’saħħitha.

Il-ġimgħa l-oħra l-kantanta ddiżżappuntat bil-kbir lil dawk li riedu jaraw il-kunċert tagħha fil-Portugall. L-avviż li l-kunċert tħassar ħareġ biss 45 minuta qabel ma suppost kellu jibda.

Il-kunċert li jmiss ta’ Madonna issa huwa f’Londra nhar l-Erbgħa u sa issa għadu mhux imħassar.