Filmat: “Irrid nagħmel unur lil pajjiżi” – Eliana

Eliana Gomez Blanco bħalissa tinsab fil-Polonja bl-aħħar tħejjijiet għas-17-il edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest li se jsir nhar il-Ħadd li ġej fil-Polonja.

F’din l-intervista, Eliana titkellem dwar kif sħabha tal-iskola tawha appoġġ u għajnuna biex setgħet tlaħħaq mal-istudju kif ukoll mal-preparamenti għall-Junior Eurovision.

Tgħaddi wkoll messaġġ lill-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Il-Junior Eurovision Song Contest se jkun qed jixxandar b’mod dirett fuq TVM nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru fl-4pm.

Filmat: Malcolm Agius

Muntaġġ: Sarah Salafia