“Irrid inkun vuċi għal UE iktar soċjali” – Agius Saliba

Alex Agius Saliba, kandidat Laburista għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Mejju li ġej, stqarr li jrid ikun vuċi għal Unjoni Ewropea iktar soċjali, li tagħder liż-żgħir u twieżen lill-batut.  F’attività taħt it-tinda fil-Pjazza taż-Żejtun, Agius Saliba semma fost l-oħrajn, l-immigrazzjoni u d-delizzji tal-kaċċa u l-insib.

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg u l-Membru Parlamentari Laburista Edward Zammit Lewis qalu li Agius Saliba ħadem bla heda biex jara aktar żgħażagħ jersqu lejn il-Partit Laburista. Barra minn hekk, il-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti Dr Naomi Cachia, qalet li Alex Agius Saliba kien u għadu pilastru għaż-żgħażagħ, u li jservi bħala ispirazzjoni għaliha u għal għadd ta’ żgħażagħ oħra.