“Irrid arja ġdida fil-PN” – Adrian Delia

Il-kandidat għall-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia sostna li jrid arja ġdida fi ħdan il-partit, li qal diġà għandu appoġġ kbir ta’ 135,000 votant.
F’intervent fuq ir-radju tal-PN, Delia saħaq dwar l-importanza li l-partit jiftaħ beraħ il-bibien u t-twieqi tiegħu, u ma jibżax mill-kurrenti tal-arja ġodda.
Qal li bl-istess mod, il-midja tal-partit se tkun miftuħa għal kulħadd, u li beħsiebu joħloq Akkademja għall-Midja.
Intant f’attività politika oħra, Delia qal li jrid li l-Partit Nazzjonalista jsir il-partit naturali ta’ dawk li jaħdmu għar-rashom. Faħħar id-dokument li tfassal mid-deputat Nazzjonalista Claudio Grech dwar is-self employed u qal ukoll li se joħloq “Business Clinic”.