Irreżenja mill-Bank Ċentrali; jinħatar direttur tal-BOV

Read in English.

L-eks deputat gvernatur tal-Bank Ċentrali Alfred Mifsud li rreżenja wara li ħarġu akkużi ta’ korruzzjoni kontrih għadu kif inħatar bħala direttur fil-Bank of Valletta.

Fi stqarrija, il-BOV qalet li l-bord tad-diretturi għażel b’co-option lil Mifsud u lil Diane Bugeja biex ikunu diretturi mhux eżekuttivi tal-bank. Mifsud dejjem ċaħad li qatt għamel xi ħaġa ħażina.

Mizzi kien id-deputat gvernatur tal-bank ċentrali bejn l-2015 u l-2017. Kien ukoll iċ-Chairperson tal-kumpanija Crystal Finance Limited. Serva bħala Chairperson tal-midja tal-Partit Laburista.

Sors mill-industrija finanzjarja li xtaq jibqa’ anonimu qal lil Newsbook.com.mt li jqis lil Mifsud bħala persuna valida. Però, qajjem tħassib dwar il-passat ta’ Mifsud meta kien jaħdem mal-bank Mid-Med u ma’ Crystal Finance. Qal ukoll li huwa important li Mifsud ma jħallix l-integrità tiegħu tiġi affettwata mill-gvern.

Fl-2019 il-Qorti ordnat lil Crystal Finance biex tgħati kumpens lil għadd ta’ investituri minħabba li l-kumpanija ma ssalvagwardjatx l-interessi tal-investituri. Dan sar f’perjodu meta Mifsud kif sid il-kumpanija.

Mifsud fl-aħbarijiet