Irreveduta l-lista ta’ pajjiżi minn fejn trid turi test tal-Covid-19

Malta-international-airport
Miguela Xuereb

Read in English.

L-awtoritajiet tas-saħħa pubblika rrevedew il-lista ta’ pajjiżi minn fejn dawk li jidħlu Malta jridu juru test negattiv tal-Covid-19 . It-test negattiv irid ikun meħud mhux aktar minn 72 siegħa qabel il-wasla tiegħu f’Malta.

Vjaġġaturi li ġejjin f’Malta minn xi wieħed minn dawn il-pajjiżi li jonqsu milli jipproduċu dan it-test, jistgħu jkunu sottomessi għall-ittestjar f’Malta u jistgħu jkunu suġġetti għal kwarantina.

Il-lista riveduta ta’ pajjiżi se tidħol fis-seħħ is-Sibt 12 ta’ Diċembru f’nofsillejl:

  • Andorra
  • Awstrija
  • Belġju
  • Bulgarija
  • Ċipru
  • Estonja
  • Franza (l-ajruporti kollha barra Ile-de-France)
  • Ġappun
  • Ġermanja (l-ajruporti kollha barra Baden-Wurttemberg)
  • Ġordan
  • Greċja (l-ajruporti kollha barra Attiki)
  • Indoneżja
  • Irlanda
  • Italja (l-ajruporti kollha minbarra Sqallija u Sardenja)
  • Kanada
  • Kroazja
  • Latvija
  • Libanu
  • Liechtenstein
  • Litwanja
  • Lussemburgu