Irrestawrata l-koppla tal-Bażilika ta’ San Ġorġ fir-Rabat

MGOZ: Terry Camilleri

Read in English.

Il-koppla tal-Bażilika ta’ San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex, ġiet restawrata u nbeda proġett biex tiġi illuminata l-Bażilika.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana semmiet kif il-Ministeru għal Għawdex għen f’dan il-proġett billi assista finanzjarjament biex il-koppla tiġi restawrata minn barra ukoll.

Il-proġett tar-restawr twettaq mill-Assoċjazzjoni Kura fi ħdan id-Djoċesi ta’ Għawdex, b’kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea.

Kompliet titkellem dwar il-proġett il-ġdid biex il-Bażilika tkun illuminata, u dan se jsir permezz ta’ ftehim li l-Ministeru għadda €65,000 għalih. Hija rringrazzjat lis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia li għen biex jintlaħqu l-għanijiet f’dal-proġett.

Il-Ministru faħħret lill-Isqof t’Għawdex Mario Grech talli ħa inizjattiva biex ħafna knejjes jiġu restawrati.