Irreġistrat defiċit bejn Jannar u Marzu

Id-defiċit tal-Fond Konsolidat bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena kien fil-livell ta’ €60.8 miljun.

Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), imqabbel mal-istess tliet xhur tal-2017, din id-darba id-dħul tal-Gvern żdied bi kważi €41.1 miljun iżda l-ispejjeż żdiedu bid-doppju bi ftit iktar minn €89 miljun. L-ikbar żieda fid-dħul kienet mit-Taxxa tad-Dħul u mill-VAT.

L-ispiża kienet ogħla minħabba l-ispiża rikurrenti, l-iktar minħabba Programmi u Inizjattivi u l-Pagi li jinkludu spejjeż marbuta mal-benefiċċji soċjali u spejjeż marbuta mal-isptarijiet.
L-ispiża kapitali żdiedet għal total ta’ €47 miljuni minħabba ż-żidiet f’inċentivi għall-investiment.

Skont l-NSO ukoll, sal-aħħar ta’ Marzu d-dejn tal-Gvern kien fil-livell ta’ €5,460.7 miljun, li juri tnaqqis ta’ €164.7 miljun fuq is-sena ta’ qabel.