Filmat: ‘Irrealizzajt li kull deċiżjoni li nieħu tħalli impatt f’ħajti’ – Rowen Muscat

Il-plejer tat-tim Nazzjonali Malti Rowen Muscat issieħeb ma numru ta’ plejers professjonali oħra minn madwar l-Ewropa fejn flimkien issieħbu f’kampanja mnedija mill-Parlament Ewropew u l-FIFPro biex jippromwovu l-Elezzjonijiet Ewropej ta’ din is-sena li se jsiru din il-ġimgħa.

Fil-filmat, il-plejer Malti Rowen Muscat jistqarr li sa minn meta kien żgħir kien iħobb il-futbol u għamel ħiltu biex jagħmel dak li f’għajnejh kien impossibli, jsir possibli. Hu spjega li l-fatt li Malta tagħmel parti mill-Unjoni Ewropea, għenitu fil-ħajja personali tiegħu meta ġie biex jivjaġġa f’pajjiżi differenti biex il-karriera tiegħu fil-futbol saret realtà. Miegħu ngħaqdet Kayleigh Chetcuti, il-plejer nazzjonali tan-nisa li tilgħab ukoll ma’ Hibs.

L-elezzjonijiet se jsiru madwar l-Ewropa bejn it-23 u s-26 ta’ Mejju 2019. Il-kampanja, bl-użu tal-hashtag #thistimeimvoting f’bosta lingwi Ewropej, tħeġġeġ liċ-ċittadini biex jużaw il-vot tagħhom.