Irrappurtati 1,000 każ ta’ vjolenza domestika mill-bidu tas-sena

Read in English.

Fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 1,002 każi ta’ vjolenza domestika ġew irreġistrati mill-pulizija. Minn dawn 243 mara u 901 raġel allegatament wettqu dawn l-offiżi.

Il-Pulizija tinvestiga dawk ir-rapporti li jirriżulta li kien hemm ksur tal-liġi ta’ vjolenza domestika u tressaq lil dawk responsabbli l-Qorti. Bejn Jannar u Settembru ħames persuni ngħataw sentenza ta’ ħabs wara li nstabu ħatja li wettqu vjolenza domestika.

AQRA: 5 persuni l-ħabs minħabba vjolenza domestika

Dan ħareġ mill-mistoqsija parlamentari li d-Deputat Laburista Byron Camilleri għamel lill-Ministru għall-Intern Michael Farrugia. Camilleri staqsa kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta’ vjolenza domestika matul l-2019 u kemm minnhom kienu nisa u rġiel. Il-Ministru spjega li ma jistax jgħid kemm minn dawn l-1,002 każi tressqu l-Qorti minħabba li dawn id-dettalji ma jinżammux.

Matul l-2018, ġew irrapurtati 1,341 każ ta’ vjolenza domestika. L-akbar għadd ta’ persuni li għamlu rapporti ta’ vjolenza domestika kienu rġiel u nisa ta’ bejn it-18 u d-59 sena.

AQRA: L-2018 bl-ogħla numru ta’ rapporti dwar vjolenza domestika

6 persuni mressqa l-Qorti akkużati bi tlajjar għall-prostituzzjoni

F’dawn l-aħħar disa’ xhur tressqu l-Qorti sitt persuni b’akkużi ta’ tlajjar għall-prostutuzzjoni. Minn dawn persuna waħda hija tas-sess maskili filwaqt li l-ħames persuni l-oħra huma nisa.

Bħalissa fil-Parlament għaddejja abbozz dwar ir-riforma fil-liġi tal-prostituzzjoni. F’dawn l-aħħar ġimgħat diversi għaqdiet u istituzzjonijiet għamlu l-pożizzjoni tagħhom ċara dwar din ir-riforma.

AQRA: Il-prostituta għandha tiġi dikriminalizzata, il-prostituzzjoni le – Catholic Voices

AQRA: Il-prostituti m’għandhomx jiġu kriminalizzati; min jixtri s-sess iva – l-Arċidjoċesi

AQRA: L-AD ma taqbilx mal-Knisja u għaqdiet oħra dwar il-prostituzzjoni

AQRA: Il-prostituti jispiċċaw f’periklu jekk jitqiesu kriminali – Aditus u Integra

AQRA: Ippenalizza lil min jixtri s-sess – NCPE

AQRA: Il-prostituzzjoni legali hi rigal lill-pimps – 40 għaqda

21 persuna tressqu l-Qorti b’akkużi ta’ stupru

Bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena 21 persuna tressqu l-Qorti  fuq reati ta’ stupru.

Dawn l-istatistiċi ħarġu mill-mistoqsijiet parlamentari li saru fil-Parlament mid-Deputat Byron Farrugia lill-Ministru Michael Farrugia.