Irrappurtati tliet imwiet oħra bil-Covid-19

Photo of old woman's hands image in Beauty and Fashion category at pixy.org

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar il-mewt ta’ tliet persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

L-ewwel każ huwa ta’ anzjan ta’ 79 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-30 ta’ Novembru u miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

It-tieni każ huwa ta’ anzjana ta’ 90 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-3 ta’ Diċembru u mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

It-tielet każ huwa ta’ anzjana ta’ 75 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru u mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani, appella biex anke f’dawn il-festi kulħadd jibqa’ viġilanti u jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni.